The Malta Independent on Sunday

A secular Exultet

- NOEL GRIMA

Author: Alfred Grech Publisher: Gozo 2022 Pages: 226

Unfortunat­ely this book does not refer, except fleetingly on the back cover, to the other volumes of poetry issued by this author. I know that I had contribute­d to review some other volumes, at least three – Erbatax-il Vers, Imwejġiet and Petali f’Wiċċ l-Ilma.

In this latest book, Grech continues to distance himself from the Gozo environmen­t, though this is constantly present under the surface.

Most of the poems are addressed to a second, unnamed, person, a woman to whom the author is attracted. But despite the effort of both, their relationsh­ip never seems to take off.

Besides this personal and intimate level the author is deeply worried by what is happening in the country.

As he says in Gaġġa:

Din hi l-gaġġa li sawwarna

Din hi s-sodda tas-serħan.

Ivvintaw mill-ġdid ir-rota

Iżda kollox kien duħħan.

Din l-imbierka t’inflazjoni Illi magħha ma tlaħħaqx Hija l-mostru tas-suq ħieles Pjaga din, ma tingħalaqx.

Din l-imbierka t’inflazjoni Bdew jogħlew il-prezzijiet Għalxejn bassru l-bosta esperti Qatt ma sservi l-paga bdiet.

Bil-ftaħir li dejjem tikber Dana kollu bżar fl-għajnejn, Dan il-ġid u dan il-ħela Staqsi ftit, u dan minn fejn?

Nafu żgur li qegħdin ngħixu Bil-jiem tagħna magħdudin Kolp ta’ baħar, suq jikkraxxja Jaqa’ kollox, x’waħda din!

Issa qalu m’hawnx biżżejjed Lil min jistgħu jimpjegaw U biex tkompli ddur ir-rota Barranin qed jivvintaw.

Iżda din l-ekonomija Li trid tikber, iffissaw, U tintefaħ bħal bużżieqa Għad tinfaqa’ ‘ssa taraw!

U ngħid jien f’dal-pajjiż ċkejken Daqs qaqoċċa ffullat

X’għaqal hu li lill-barrani Tagħti sehem x’ħin kollox fgat?

But the best poem in this anthology, in my opinion, is Exultet. Originally Exultet is the hymn sung by the deacon in the Easter night celebratio­n, here of course written from a secular point of view.

Ħa tifraħ din l-art li xi darba konna ngħidu li hi l-isbaħ ġawhra fil-kuruna tas-sultan, għax issa niżlu fuqha bħal isqra l-għasafar tal-ħtif, li jaħtfu l-ġid bil-ponnijiet: il-ftit li baqgħu jonfħu l-bżieżaq tal-ekonomija tas-sapun.

Ħa jifirħu l-ministri u ta’ madwarhom li jistgħu jitpaxxew u jiftaħru li qed jaqdu ‘l alla tal-ħala, taż-żebliħ għal kull deċenza, tal-bini bla rażan, u tal-kollox jgħodd imbasta għall-flus, tal-ekstravaga­nza u tal-affluwenza, għax issa l-Maltin lanqas għadhom iridu jħammġu jdejhom, lanqas iridu jaħsbu b’moħħom u lanqas m’għandhom għalxejn għax hemm min jaħseb għalihom.

Ħallu t-trombi tas-salvazzjon­i

Idamdmu, jirrumblaw, jirbumbjaw u jifqgħu l-widnejn li qatt ma semgħu l-ħsejjes tal-muturi, u jidħlu f ’kull rokna fejn tista’ tmur tistrieħ għall-kwiet jew tikkuntemp­la; ħa jirbumbjaw u jikkaċċjaw il-qawwa tassidien il-ġodda, li jaħtfu, li jħammġu u li jeqirdu bl-iskuża tal-iżvilupp u tal-ekonomija dejjem tikber.

Ifirħu, ħa tifraħ l-art għaliex il-glorja qed tegħreq gewwa fiha u qed tħeġġeġ id-dawl tas-sultan setgħani tagħha. Ħa jifirħu l-irkejjen kollha għaliex jagħrfu t-tmiem tad-dwejjaq u taddalma.

Ħa tifraħ din l-art, l-omm li tatna isimha, Imdawwla kif inhi mid-dawl fuqani li ġej minn kredu trijonfant­i tal-progress tal-iżvilupp u tar-regolament­azzjoni. Tiftaħar illi kienet saħansitra minn talewwel li tibdel liġijiet u taqleb ta’ taħt fuq kull ordni naturali, ġerarkiji, troni u dominazzjo­nijiet, u tispiċċa biex tibla’ l-ħmerijiet minn kull fejn jiġu.

Ħalli l-qarnita ta’ subgħajha twal u inviżibbli tal-kilba, tifga’, tnaqqar, issewwes u taħtaf kull biċċa roqgħa art verġni fost in-ngħas u t-telqa ta’ poplu lluppjat aljenat bix-xbihat virtwali aktar milli bin-naqxiet tat-tafal.

Għalhekk, għeżież ħbieb, li bħali tinsabu għarkuppte­jkom quddiem ilqawwa u l-glorja ta’ setgħa moħbija li tiggranfa u tisloħ u tifqa’ l-aħħar għeliem tal-ħelsien fid-dieher, sejħu miegħi s-setgħa ta’ dan alla ġdid li lili għoġbu jgħoddni għalkemm ma jistħoqqli­x fost il-leviti.

Isawwab fija d-dawl bla dellijiet tal-illuminazz­joni l-ġdida ta’ soċjeta inklużiva, fejn titneħha d-distinzjon­i, kull diskrimina­zzjoni, u kollox livellat għax-xejn mhu xejn u fejn kulħadd irid jilbes maskra waħda; biex jiena wkoll nista’ ngħanni t-tifħir ta’ din ix-xemgħa.

 ?? ??
 ?? ??

Newspapers in English

Newspapers from Malta